Ma Tkunx.*
Ma tkunx
qed tagħmel ħaqq Mulej jekk tħalli
Lil min
jibgħat għal ġlied jew biex jinqatlu
Mijiet t’eluf
ta’ nies disorjentati
Biex joqtlu
nies oħrajn ilkoll bla ħtija.
Ma tkunx
qed tagħmel sew jekk ħalli jidħol
Fil-ġenna
tiegħek jew f’xi ġenna oħra
Lil min xita
ta’ bombi qiegħed jitfa’
Fuq nies ma
jaħtu xejn, bil-kwiet ġo djarhom
Li m’għandom
x’jaqsmu xejn ma min sawwathom.
Jekk tridni
tassew nemmen illi għandek
Id-dehen
jew il-viżjoni illi tifred
Il-qamħa
mis-sikrana jew li ssalva
Lil min ġo
din id-dinja kien jistħoqqlu
Urini li
l-miżien jiddaqqas f’siktu
U għaliex
qed tħalli ssir dil-ħerba kollha
Meta dan il-kopjun
jinkiteb seta’
Diversament
u b’mod illi jinftiehem.
Fl-aħħar
għidli ftit għaliex qed tħalli
Lil min
jinqeda bl-Għid imqaddes tiegħek
Biex jagħlef
il-ħuġġieġa li qed tħeġġeġ.
Alfred
Grech.
Sibt
il-Għid
19/04/2025
*Miktuba
wara li fit-13 ta’ April 2025 waqt li l-poplu Ukren fil belt ta’ Sumi kien fi
triqtu lejn il-Knisja għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm żewġ missili
ballisitiċi Russi splodew fiċ-ċentru tal-belt Sumy, qatlu 35 ruħ u ferew aktar
minn 100 ruħ. Dan kollu qed jsir bil-barka tal-patriarka Kirillu li qed isostni
l-gwerra fl-Ukraina.
Comments
Post a Comment