Blat tal-Eżistenza

Meta titwieled f'post ħażin,
fejn id-dlam jaħbi kull xemx li
tkun naf,
t
itlef  il-ħolm tiegħek
bħal fwar ta’ nifs fix-xitwa,
qalb iż-żrar ta' triq mitluf
a.

L-aħħar leħħa tolqtok darba għal dejjem,
imbagħad
tinħeba wara l-blat tal-eżistenza.
Mibni mill-ġebel
aħrax
illixxjat bir-riħ,
bir-riħ li jaf biss j
onfoħ
tqanqliet u susssulti vulgari,
mhux biex jikkalma.

U jien?
Bqajt ninġabar bħal frak
ta’ tħassib taħt
toqol il-ħtija,
fejn kull pass
li nagħti jsarraf telfa ġdida,
u kull silenzju —
għajta li ma
tinstemgħax.

Alfred Grech

13/04/2025

 

Comments

Popular posts from this blog