Lilek.
Lilek ma
narakx biss fil-famma li qed tnemnem
Ta’ xema li
qed taħli lilha nfisha
Ta’ dawl li
fuq l-eternita riflessi jixħet.
Lilek
nisimgħek dejjem qed tkellimni
Fil-poeżija,
Fin-noti
twal u rqaq tas-sinfonija.
Lilek mhux
biss narak u mmissek
Fiċ-ċpar
qalil tal-eżistenza
Ikella fuq
xi star li jgħammad kollox
Għax tibqa’
tħabbat il-bibien ta’ moħħi
B’insistenza
U taqra
tibqa’ l-kteib ta’ ħajti
Sal-aħħar
Sentenza.
Alfred
Grech
03/04/2025
Comments
Post a Comment