Imxejt.

 

Imxejt il-kurituri tal-lejl tiegħi

Fejn waħdu s-skiet jitkellem f’mirja mgħawwġa;

Fejn il-ħitan kull isem illi ninsa’

Jiftakru. Fejnmaniltaqa’ ma kull xifer

Misnun tal-ħsibijiet li m’għandix ħila

Inlissen  fil-miftugħ, u ma kull weġa’

Nitgħallem kif mill-ġdid nistejqer nerġa’.

Xħin nifli d-dalma tiegħi jien nitgħallem

Li wara l-uragan f’għajnejn ħaddieħor

Aktarx li weġa’ hemm u mhux theddida.

Nitgħallem inżomm id bla ma nsaqsi

Fejn kienet. L-uġigħ ta’ ħaddieħor noqgħod

Nisma’ bla ma nipprova kif infejqu

U noqgħod fis-silenzju bla ma nibża’.

Għax huwa biss min sellem lid-dell tiegħu

Li jista’ jġib id-dawl bla ma jinħaraq.

 

Alfred Grech

15/04/2025

Comments

Popular posts from this blog