Jekk Int Skoprejt Ġnien l-Għeden.
Jekk int
skoprejt Ġnien l-Għeden
U lili
mgħedtlix bih
Kif trid li
nżomm ir-ritmu
U nilħaq
pass ir-riħ.
Għalxejn
tgħix f’tarf l-ispazju
U fost dak it-tifrik
Il-verita’
tispikka
U d-dieqa
tittradik.
Minn hawn
sa tarf id-dinja
Hemm ħafna
trufijiet
U qatt ma
kont ser nobsor
Li rbatt il-brejkijiet.
Alfred
Grech
11/04/2025
Comments
Post a Comment