Ma Jiswa’ Xejn.

 

 Ma jiswa’ xejn li tfajtna f’din l-arena

Qalb ħafna gladjaturi qed jissierltu

Għax b’hekk urejtna sew kemm tiswa’ l-ħajja

Qed noqtlu lil xuxin biex b’hekk impaxxu

Lil dawk li jitbaħartu fid-demm tagħna.

 

Ma jiswa’ xejn li tfajtna f’nofs il-merħla

Ta’ nagħaġ qalb ħafna lpup ilkoll imliġġma

Fis-saltna ta’ twemmin u tradizzjoni

Imxaħxna u mitlufin fl-aljenazzjoni

 

Għaliex dak kollu jodd kien fi żmien ieħor

Meta t-twemmin kien jgħatti baħħ il-ħajja

l-assurdita’ li fiha l-bniedem jaqdef

u b’dak li jseħħ illum timtela’ l-ġrajja.

 

Ma jiswa’ xejn għax xejn ma jibqa’minna

U fieraħ kull ma jiġri, qisu ħolma.

 

Alfred Grech

L-Għid Il-Kbir

20 ta’ April 2025


Comments

Popular posts from this blog