Telfien.
Bħalma ma
nistgħax
Inġib lura
ż-żmien li fih gawdejna
Hekk ukoll
ma nistgħax
Inġibek lura
Għaliex bħax-xmara
iż-żmien
Li jibqa’
għaddej jimbotta
Sa ma jasal
sal-kaskata.
Bħalma
tlaqt tbiegħedt
U ntlift
fi-ċpar tal-bieraħ
Hekk ukoll
għalxejn idejja ntawwal.
Alfred
Grech
22/04/2025
Comments
Post a Comment