Stħajjiltek Li Kont Tarka.

 

Stħajjiltek li kont tarka

Xħin fl-eqqel kont tal-ġlied,

Inkella  paraventu

F’burraxka li tiżdied.

 

Hawnhekk fuq dina l-għatba

Inħossok aktar qrib

Minn meta kont interraq

U terfa’ kull salib.

 

Nistħajlek tnewwel idek

U tmiss l-eternita’

U tibgħat mewġ li jidwi

Tul din l-immensita’.

 

Illum tifhimni aktar

Għalkemm kont ħsibt li tlaqt,

Xħin qbist il-barrikati

Fis-seħer ta’ dal waqt.

 

Alfred Grech

Ħimiterju ta’ Santa Marija

11/04/2025

Comments

Popular posts from this blog