Kull Darba.
“E le giovani donne in quei mesi vivono nuovi amori”
Battisti- Mogol, ”I
giardini din marzo”
Imqar
bl-ilwien il-ġonna
Jisfjoraw l-arkata tal-qawsalla,
Imqar ħarset
għajnejk
Tiżżerżaq man-nofs
felli ta’ qamar kiebi
Jittewweb bin-ngħas fuq qabar ħiemed.
Kull darba
li niltaqgħu inti tgħidli
Li tħoss
tferfir f’idejk
Imbagħad it-tbissima
ta’ fuq xuftejk turini
Li l-kbir
għadda
U li
r-rebbiegħa reġgħet waslet.
Nagħtik
biex tiekol minn idejja
U tgħidli
l-għadek tħobbni
Biex fil-ġonna ta’ marzu
Tiftaħ blanzun
ieħor
Għall-ewwel
darba.
Alfred
Grech
24/04/2025
Comments
Post a Comment