Jidellek il-Ħsieb.
Jiddellek
il-ħsieb kull xħin tiba’ taħseb,
U l-mera
qed tiċċajpar illi fiha
Tħares biex
tara min wrajk isegwi
F’kull
tarġa li trid titla’ bit-tbatija.
Għalhekk
l-abbiss jibilgħek u trid tibda
Tinsa’ lilek
innifsek u tintilef
F’xi droga
alluċinanti ħalli jgħaddi
Iż-żmien li
jsir id-dejn li jkun insilef.
Irid ikun
ir-riħ li jġorr quddiemu
Il-weraq
iddisprat f’din it-tellieqa
Mal-ħin taf
li x-xema qed tinħela
Tisdtaqsi kif
se tkun l-aħħar tgħannieqa.
Alfred Grech
09/04/2025
Comments
Post a Comment