Univers.
Xħin tħares
lejn is-sema tkun qed tħares
Lejn dellijiet
tal-bieraħ li jintiżġu
Ġrajjiet li
qatt ma kienu mill-imgħoddi
Triqat li
qatt ma qbadt, bibien magħluqa.
Ġejjieni li
taraħ fuq l-għatba t’għada
Bħal ċpar
lil qed jitqal bla ma jintiżen,
Hawn waħdi
f’din id-dalma nikkuntempla
Bejn dak li
hu u dak li qatt ma nilħaq;
Addiju sieket
lill-iħirsa t’għada,
Xbighat li
tara bla ma tista’ żżurhom.
Alfred
Grech
08/04/2025
Comments
Post a Comment