Jekk Mhux Illum.

 

Jekk mhux illum titħalla għal darb’oħra,

Jum wara jum  titilgħu dal-kalvarju

It-telgħa tas-salib li m’hemmx li tgħaddi

U għal ħaddieħor tkun l-għelm tal-imħabba.

 

Jekk mhux illum titħalla għal darb’oħra

Ittawwal tista’ biss u mhux jitwarrab,

L-appuntament  li ħadd ma jaħrab minnu

Imqar jekk mhux fil-waqt li tkun tistenna.

 

U għadna ma nafux jekk din hix logħoba

Inkella jekk tassew hux vjaġġ li jgħaddi,

Drajniha  wisq dil-logħoba mistoħbija

U m ngħarfux is-sens tal-apparenza.

 

Alfred Grech

20/02/2025.

Comments

Popular posts from this blog