Jekk Tiġi Biex Ittajjar.
Jekk tiġi
biex ittajjar l-isbaħ tajra
U ssib li riħ
m’għandekx u l-arja tqila,
Issib li
mqar id-dgħajsa fuq ix-xtajta
Imdawwra b’ħafna
tfal jistaqsu ’l-għala.
Jien kont
intik rigal imqar il-baħar,
Inkella f’dad-deżert
it-tnejn niltaqgħu
U bħal
viljakk bl-iskuża tal-imħabba
Nonfoħ weraq
l-uġiħ f’wiċċ it-tifkira.
Alfred
Grech
25/02/2025
Comments
Post a Comment