Jekk Int Terġa’
Ssejjaħli.
Jekk int
terġa’ ssejjaħli mhux se nwieġbek
Għax kelli
mmur malajr mingħajr ma nsellem,
Bħal leħħa
dawl li tolqtok u tbiddillek
Id-direzzjoni,
il-kors tal-ħajja tiegħek.
Nixieq li
kieku għandi xi twiddiba
Nibgħatlek bewsa
illi tmiss lil-qlabek
Li ttaffi
t-togħma qarsa u tisfida
l-assurdita’
ta’ ħajja desolanti.
Bħar-rix
fir-riħ il-kliem li tkun ħallejtli
U leħnek
jibqa’ jħabbat b’ritmu mistħi,
Il-ħin
bħax-xemx li titla’ bla ma tinżel
Ma jiswa’
xejn li terġa’ ġġibni lura.
Alfred
Grech
19/02/2025.
Comments
Post a Comment