Kif Ma
Ntbaħniex?
Kif ma
ntbaħniex li aħna qisna dgħajsa
Bla tmun,
bla qlugħ ninġarru mal-kurrenti?
Kif ma
ntbaħniex bit-tarf tal-preċipizzju
U bqajna
għaddejjin ilkoll assenti?
Kif ma
ntbaħniex li huma paralelli
Kull univers
li fih flimkien terraqna,
Ma kien
hemm xejn ta’ xkiel li seta’ jżommna,
U mmorru
nerġgħu lura minn fejn tlaqna?
Kif ma
ntbaħniex kull darba li s-sinjali
Bdew jidhru
ma kull xaqq u konsentura?
Imqar
il-fewġa kiesħa f’nofs ottubru
Bdiet tfesfer
ġo widnejna l-konġuntura.
Matul
iż-żmien misluf flimkien imxejna
Bl-amment
fuq art qed timxi taħt saqajna,
Diġa’ bdiet
nieżla x-xema imm’aħnan ħsibna
Li l-lejl
ma jasal qatt u nimxu bqajna.
Ilkoll
rajnieħ il-baħar qiegħed jofroħ
U d-dawl
minn fuq ix-xefaq isejjħilna,
Imm’aħna
xorta waħda bqajna niżfnu
Iż-żifna
illi żifnu ta’ qabilna..
Kif bqajna
bla ma ntbaħna li l-imħabba
Ma twarrab
qatt fi qlub fierħa u battala,
Li s-swar
li biex jirfduna konna bnejna,
Spiċċaw ħabs
tagħna bla ma nafu ’l-għala.
Alfred
Grech
07/02/2025
Comments
Post a Comment