Kliemek.

 

Kliemek,

Imqar jekk mingħajr ħsejjes

Jien nismagħhom.

 

Kliemek

Imqar jekk int ma tafx

Jipnotiżżawni

U nibqa’ ħajti kollha

Imsaħħar.

 

Arani,

Bdejt ninħall

Nintilef f’oċean

Tat-tifsir li jien biss naf.

 

Imqar jekk kull m’għamilt

Kien biss li ksejt misteru

B’yikketta ġdida.

 

Alfred Grech

17/02/2025

Comments