Kont Ħsibt.

 

Kont ħsibt li sirt pis ieħor fuq spallejja,

Sakemm  ġejt hawn insellem it-tluq tiegħek,

U sibt li qed tgħattiħ id-dawl t’għajnejjja

U lura mort fit-toroq tat-tifkira.

 

Kont ħsibtek ġebla tqila biex terfagħha

Tagħbija illi qatt ma kienet tiegħi,

Sakemm il-vrus bdejt nikteb biex ngħannilek

U sibt li dan ma kienx għajr ċpar li jgħaddi.

 

Kont ħsibt li kelli pjan li ridt infassal

U inti kont ix-xkiel li qed jankrani,

Sakemm imbagħad ħassejt il-qawwa tiegħek,

U bdejt bil-ftit il-ftit tgħib u titbiegħed.

 

Alfred Grech

24/02/2024.

Comments

Popular posts from this blog