Lil Ommi.
Int issa
sirt bħad-dell li jiġri w’rajja
Ma nafx
jekk tkunx tifhimni jekk inkellmek
Fi nżul
ix-xemx fejn kollox isir itwal,
Bħal-leħen
li jfesfisli ġo widnejjja
U sewwasew
ma nafx xi tkun qed tgħidli.
Int issa
sirt bħall-għana tal-għasafar
Fi sbieħ
il-jum ta’ ħolm li mank jitwemmen,
Is-skiet li
jsemma leħnu fis-sbuħija
U fl-istess
waqt iġorr il-pis tal-ħajja.
Inħoss
it-telfa tiegħek u għadek magħna
Imqar jekk
ma kienx baqa’ xejn xi ngħidu;
Int issa
sirt bħar-riħ li jġorr il-weraq,
U l-leħen
ta’ min dejjem jgħid is-sewwa.
Alfred
Grech
19/02/2025
Comments
Post a Comment