Trid Taħfirielu Dil-Kundanna.
Kuljum iħoss il-pis ta’
dil-kundanna,
Tbenġil li ma jfiq qatt,
ġrieħi miftuħa,
Uġiħ li jbejjet trejqa
il-memorja
U jibqa’ jġorrha miegħek sa
ma ttemmu.
Trid taħfirielu; trid
toħorġu minnha,
Teħilsu darba għall-dejjem
minn dal-ktajjen.
Int ħlaqtu bex igawdi mhux biex
jisħet
Dak il-jum li fih beka għall-ewwel
darba.
Ħalli l-imrar jinħall
fiż-żlieġ tax-xita
U qalbu terġa’ ssib is-sliem
u l-paċi,
Jerġa’ jmiur lura, mill-ġdid
jitwieled jerġa’
Eħilsu darba għall-dejjem
mill-kundanna.
Alfred Grech.
15’02/2025
Comments
Post a Comment