Nitkellem Fis-Silenzju Qed Jitkaxkar.

 

Nitkellem fis-silenzju qed jitkaxkar

Bħan-nida li titgeżwer ma subajja

Il-ħsieb isejjaħ iżda xofti rieqda

U l-leħen jibqa’ lsir tar-rieda tiegħi.

 

Inħażżeż l-arja b’linji ta’ sieket ħieles

Mitluf bejn  spażju u ħin ma nafx fejn sejjer

Kull kelma saret diwi qed jirbombja

Kull sillaba bħal mażra mdendla m’għonqi.

 

Alfred Grech

08/02/2025.


Comments

Popular posts from this blog