Jiżolqu Bejn Is-Swaba.

 

Jiżolqu minn bejn s-swaba

Il-kwiekeb li jdubu fi sbieħ il-jum

Li kieku kelli l-kiem kont nagħmel sfida

Iżda s-skiet imdawwar miegħi bħal liżar.

Jekk jiena nitboq fommi nisma’ lilek

Bħal diwi li jirbombja ġewwa moħħi.

Bħal friefet li jitolbu li jimirħu

Dak kollu li trid taf mill-fosdqa joħroġ.

Kliem jiena m’għandix

Biex jifqgħu bżieżaq t’arja fuq wiċċ l-ima

U dak li trid tkun taf

Mhux ser tkun tafu.

 

Alfred Grech

15/02/2025

Comments

Popular posts from this blog