Ferħ U Sliem.
Ferħ u
sliem
It-tbissima
fuq wiċċ it-tfajliet
Li ma
jagħrfu ebda ħażen,
It-titjira
ta’ għasfur jittajjar
Bla ma
jagħraf it-tiġrib
Mill-bniedem
qerriedi.
Il-ħmura ta’
filgħodu
Twiegħed jum
ieħor sabiħ.
Hu sliem u
barka li jixtiequ
L’omm u
l-missier lil uliedhom.
Hi
misterjuża l-ġibda
Li tgħaqqad
lin-namrati
U ta’
serħan it-tnegħida
Li toħroġ
mill-fomm
Ta’ min
isib dak li jkun tilef.
Il-ħajja
leħħa ta’ berqa
Li tgħib
qabel tinstema’.
Alfred
Grech
29/01/2024
Comments
Post a Comment