Seduċenti.
Seduċenti dan is-skiet
Jifrex it-tapit
tas-solitudni.
It-tokki
tal-arloġġ il-passi tiegħek
Iqnqlu wiċċ
il-wiċċ seren
Ta’ baħar
ħiemed.
Ħieles dan
il-waqt mix-xita tiegħek
Kliemek kollu
msiemer
Xħin
mingħalik tnewwili idek
Iktar ngħodos.
U dan
mhuwiex il-jum
Li fiħ niġi
nħabbatlek
Biex tferrex
il-petali tal-ward
Inkella ‘l
weraq tonfoħ tal-ħarifa
Li jsiru l-versi
tiegħi.
Alfred
Grech
12/01/2023.
Comments
Post a Comment