Dak Kieniż-Żmien.

 

Dak kien iż-żmien

Li konna niktbu l-poeżija

Fuq noti u rimi

Li ma jdoqqulniex.

 

Dak kien iż-żmien

Meta x-xemx kienet tisreġ

U aħna ntaffu sħana

Inbilli xuftejna fl-imbid abjad inġazzat.

 

Dak kien iż-żmien

LI konna ngħumu minn ponta s’oħra

Mingħajr ma nkejlu l-qama

Li ġġorna ’l-quddiem.

 

Illum intfittex lilek

U lilek ma nsibekx

U qatt ma nasal.

 

Alfred Grech

14/01/2024.

Comments

Popular posts from this blog