Nixtieq Lii Nasal.
Nixtieq li
nasal lilhinn mill-mewġ
Li jbus
l-irdum ta’ riġlejk
Nixtieq li
nirkeb mirkeb
Li jwassalni
lilhinn mix-xfar
T’għajnejk
Li jsalpa u
jżomm il-pass
Mal-kewka
ta’ filgħodu.
Irrid
nistrieħ taħt sema kwiekeb
Li jroddu
l-ferħ ta’ tfajjel ċkejken
Irrid immiss
is-sħab u nerġa’ lura
U nfittex
li nintilef
F’kull waqt
tal-ħajja
Fil-ħolm li
jispiċċa
Ma sbieħ
il-għodwa.
Alfred
Grech
16.01.2024
Comments
Post a Comment