Infittxu ż-Żernieq.

 

Infittxu ż-żernieq

Qalb id-dlam ta’ ġewwa fina

Inġigantiti mid-dellijiet stampati

Ma ħaġar wieqaf

Meta lanqas il-ħsejjes tal-insetti

Ma jinstemgħu.

Id-dawl tax-xemx

Ma jiskorrix l-ogħla bejt tan-naħħa l-oħra

Meta l-eklissi tax-xewqat

Ma jwelldu qatt

It-tnehid tal-abbissi.

Għad nerġgħu niltaqgħu

Fil-ġenna tal-art li ħlomna

Bit-tifkiriet tal-ġrajjiet li ġarrabna.

 

Alfred Grech

17/01/2024

Comments