Versi.
Id-dlam li
hawn madwarna
Bħal baħħ
li hemm ġo fina,
l-uħux li
rġajna ħloqna
fuq karru
jiġru bina.
Il-bogħod
lli hemm bejnietna
Jitnaqqas mingħalina
Jitnaqqas ma
kull kelma
Imqar jekk
tkun ħanina.
Hawnhekk
aktarx li konna
Imbagħad irġajna
ġejna
Bit-tama li
xi darba
Nibdew minn
fejn ħallejna.
Alfred
Grech
05/01/2024
Comments
Post a Comment