Xi Minn Daqqiet 2.

 

Xi minn daqqiet trid toħroġ barra

Biex tħares lejk innifsek;

Trid tħares ftit mill-bogħod

Biex tgħaraf int min int.

Trid titla’ fuq muntanja

Biex tgħaraf kemm int ċkejken,

U daqqa t’għajn għandha mnejn

Tkun agħar minn daqqa ta’ ħarta.

Bewsa tħalli marka għal ħafna snin.

Xi minn daqqiet biex tifhem sew

Trid tħott dak li tgħallimt.

Biex tgħaraf sew il-ħajja

Trid tinqaleb ta’ taħt fuq’

U biex tkun taf li qiegħed f’dinja

Trid l-ewwel tibda’ tgħix.

 

Alfred Grech

06/01/2024

Comments