Bħal Pendlu.
Bħal pendlu qed tixxejjer
bla ma taqta’
Jekk tridx li tieqaf hawn inkella
tkompli;
Tagħmel bħall-bebbuxu fil-korazza,
Toħloq is-skiet u l-ħemda fejn tistaħba
Jew tgħix il-baħħ u ż-żmien tas-solitudni.
Bħal bandla tiela’u nieżla bis-sussulti
Tal-għawġ u x-xorti tajba tfittex spalla
Inkella xi tbissima tqawwi ’l-qalbek
Għax tibża’ li d-dell tiegħek jiġi qablek.
Jien nibqa’ hawnhekk nistenna li ssejjaħli
U nishar il-waqtiet tal-uġih tiegħek.
Alfred Grech
10/01/2024
Comments
Post a Comment