Ir-Rih Ivenven.


 Li r-riħ ivenven naf

mix-xquq tat-tieqa

u jien nistenna li għada

jirbaħ is-sens komun

imqar jekk għada ma nafx

x’burdata se nqum biha.

Din hi bandla tiela’u nieżla

Qisu l-infiħ ta’nifsi

Taħbit il-qalb

Fis-siegħa tal-istennija.

Min jaf jekk għada iqawwix il-qalb

U jiena nieqaf  nittanta xortiija

Mingħajr ma nitlef aktar żmien

Jew nintilef?

 

Alfred Grech

09/01/2024

Comments