Hemm Triq Li Minnha Tgħaddi.

 

Hemm triq li minnha tgħaddi

Fil-qalba tan-niżġa taż-żmien

Hemm sentinella xiħa

Li bħal kanċell tiftaħ bieb fuq l-imgħoddi.

Hemm rixtellu tal-injam imnaqqax

Biż-żmien u bit-tiċrit li jaf il-qilla

Ta’ kull taqbida

U t-toqol tas-sekli.

Kull xaqq hu bħal kjażmu li jislet il-karba

T’uħux minsijin

U jħażżeż il-misteri

Ta’ żminijiet mogħodija.

 

Hemm bieb li trid tgħaddi minnu

Iż-żaqżiq taċ-ċappetti

Sar sinfonija tal-imgħoddi,

Sunett li ż-żmien

Issefes fil-widnejn.

 

Alfred Grech

27/01/2024

Comments