Xewk Iniggeż.

 

Xewk inigges kliemek

U msiemer li magħhom idendlu l-inkwadri

Għeliem ta’swat li saru

Dellijiet twal matul ħitan l-isqaq

Inkella grafiti li jfakkruk

Li t-tmiem qed joqrob.

Hekk bħal meta tagħlaq sninek

U jibdew jawgrawlek.

Emmen dejjem fl-għama tiegħek innifsek

Li bħal qalbek qatt ma jeħber żmerċ,

Inkella dawk l-ilħna tal-muti

Jitgħanqu ma ruħek

U joħolqu tbissima . .

Joħolqu sinfonija.

 

Alfred Grech

18-01-2024.

 

 

Comments