Aħna Nibqgħu Noħolmu.

 

Aħana nibqgħu noħolmu dawk il-ħwejjeġ

Fid-dlam ta’ xħin il-lejl hu fl-aqwa tiegħu

Biex jostor dawk l-ilwien ta’ ward ifewwaħ

Il-ġnien fejn qatt ma konna nsewdu qalbna

Fis-skiet tal-art għammiela fejn iħaddru

Tamietna li fi qlubna qatt ma nixfu.

 

Id-daqqa t’għajn li tajtni hija l-ħarsa

T’għajnejja iffissati fil-penumbra

Ta’ dellijiet ir-ruħ.

                             Jekk jiena norqod

F’ħoġrok ikun għaliex ma naħsibx aktar

Inkella għax mnejn tlaqt irrid nitbiegħed.

Ejj’issa biex noqgħodu t-tnejn li aħna

Nilgħabu bil-misteri u inti għaddili

Subgħajk mix-xagħar ta’ rasi u oqgħod għidli

Kemm tħobbni jew bil-ward li jiftaħ f’Mejju.

 

Alfred Grech.

312/01/2024


Comments