Int Tibqa’ l-Mistoqsija Tbiddel.
Int tibqa’ l-mistoqsija tbiddel
U jien ma nsibx tweġiba
Il-waqt li nibda nemmen fik
Tispiċċa d-dinja
Neħħejt il-barrikati
Irmejt iċ=ċellulari
Ħarist ’l-fuq
U ħadd ma kien għaddej
Ħadd ma stennieni
Xi ħadd iġorr toqol il-ħajja
U int ma tkun taf xejn dwaru
Xi darba ssir taf ismi
Xi darba għad tkun lesta
Mingħajr ma tipprepara
Tweġba.
Għad forsi tħalli fit tal-ispazju
Għall-ħajja li mhix tiegħek
U x’imkien
F’dak il-waqt bla ma tintebaħ
Id-dinja ssir ftit anqas stramba
Mhux għaliex it-tnejn li aħna
Tgħallimna fl-aħħar ngħixu
Iżd’għaliex
Għal waqt wieħed
Tgħallimna kif nistgħu ngħixu
Maġenb xulxin.
Alfred Grech
30/10/2026

Comments
Post a Comment