Tarf it-Trejqa.

 

U issa li wasalna f’tarf it-trejqa,

Tinsiex li dan mhuwiex it-tmiem ta’ kollox

Iżda biss dan post fejn nistgħu nistrieħu.

 

Kont taf li terġa’ tqum titfarfar, tibqa’

Tibqa’ miexi kull darba li titfixkel

U jekk jien qatt ma għedtlek illi nħobbok

Ħallieħ is-skiet bis-sliem jitkellem waħdu

U inti ibqa’ warrad f’kull rebbiega

Li għad tiġi.

 

Alfred Grech

02/11/2026

 

Comments

Popular posts from this blog