Jista Jkun 3.

 

Jista’ jkun lli sirt taf bija

Bla ma biss kont taf jien min jien

U wiċċi sar profil

Twemmini sar tikketta

U jien sirt opinjoni

Ta’ min ċaħadni

Bla biss qatt semgħa b’ismi.

 

Nissielet kull filgħodu max-xjaten tal-infern

Ma  dwejjaq li jaqbduni.

 

U jista’ jkun

Li benjna swar għoljin

Fortizzi ta’ ċertezza

Li fihom bdejna ngħammru.

Int sirt kategprija

Inkella univers

Bil-purtieri imġerrija

U jista’ jkun li l-ewwel pass

Mhuwiex illi nħabbatlek

U lanqas ngħid xi ħaġa

Iżda nammetti

Li wara t-tieqa

Hemm ħaddieħor

Iktar jew anqas ikkumplikat

minni.

 

Mhemm ebda muftieħ

Li jsakkar il-kmamar.

Tista’ tidħol bi tbissima

Inkella b’ħafna sogħoba

Drabi oħra fuq kikkra tal-kafe’

Inkella b’nota fuq biċċa karta

Mhix iffirmata.

 

U jista jkun ma tidħol xejn

Iċda tilgħallem talinqas

Tirrispetta l-bieb ta’ barra.

 

Alfred Grech

14/10/2026

Comments

Popular posts from this blog