Jista’ Jkun.

 

Jista’ jkun li dal-misteru

Qed iżżommu msakkar ġo xi kexxun

X’ikien bejn kontijiet mhumiex imħallsa

U ritratti ta’ bnedmin li darba konna.

 

Hemm xi programm

Li bi tnissel il-kuraġġ

Il-ħila illi nħares fżwiċċ filgħodu

u f’wiċċ ħaddieħor

bla nistaqsi għal darb’oħra

fejn stajt konm?

Il-miftieħ ta’ bieb il-hena

Jew il-vleġġa

Li turini fejn għandi ndur

Kull meta t-triq titneħħa

Minn taħt riġlejja?

 

Int ejja ta’ kull darba oqgħod ħdejja

Inħarsu mal-udjenza lejn l-atturi

Jirreċ’taw il-hena tagħom

Taħt ir-rifletturi.

 

U xorta f’nofs ta’ lejl

Nimtedd fil-friex mal-mistoqsija

Li l-ebda skrin ma jista’ jwieġeb.

 

U jista’ jkun li l-ħajja

Mhijiex destinazzjoni

Fejn għad irridu naslu

Iżda sensiela ta’ sentenzi

M’humiex mitmuma.

 

Alfred Grech

20/10/2026

Comments

Popular posts from this blog