Jista’ Jkun 2
Inti għedtli li nitgħallmu
Billi nintilfu
Infittxu dak li ħsibna
Jew li nitilfu lil min ma ngħixux
mingħajru.
Jista’ jkun li l-għerf hu biss
Iċ-ċikatriċi li m’għadiex tweġġa’
Imma l’għada tidher.
Kif nista’ nidħol fil-gnien
tiegħek?
Naqsam il-bankina?
U nirkeb l-axxensur jinten
bir-rħa
Ta’ kwtijiet imxarrba
U nuqqas ta’ paċenzja.
Naf il-ħoss tal-bieb tiegħek
X’ħin jingħalaq
U ngħaraf il-passi tiegħek
Mit-taħbit tat-takkuna.
Naf is-skiet xi jfisser
Mid-dawl ta’ kamartek
Li jibqa’ jixgħel sal-erba’ ta’
filgħodu,
U inti taf liema pajjiż
Iżur il-ħolm li noħlom,
Liema fruntiera nviżibbli irrid
naqsam
Kull filgħodu
Biex ngħidlek
l-għodwa t-tajba.
Alfred Grech
21/10/2026.

Comments
Post a Comment