Int Ħsibt Li Ma Jiswiex.

 

Int ħsibt li ma jiswiex

Imqar nifs qasir

Li jtappan ħġieġ il-mera.

 

Taħt sema mingħajr kwekeb

Af żgur illi jkun hemm

Min jisraq ħarsa.

 

U meta titla’ fuq il-palk

Tal-għażla tiegħek

Tibqax ma tiżfiniexx

Iż-żifna . . . .

 

Jien ma nibqax nara.

 

Alfred Grech

12/07/2026.

Comments

Popular posts from this blog