M’Għadnix Dal-Leħen Nisma’.

 

M’għadnix dal-leħen nisma’

Li jidwi ġewwa fija

Jissellef kliem ħaddieħor

U jibqa; jiġri bija.

 

Għax ħsibtha li ħallietni

U ħarbet min idejja,

Stħajjiltha qed tinbixni

U tgħanni ġo widnejja.

 

Irrid nissogra nibda

Inżid ma kull filata

U nerġa’ nitla’ t-taraġ

Li jwassal sal-quċċata.

 

Alfred Grech

07/07/2026

Comments

Popular posts from this blog