Mimlija Ħajja.

 

Mimlija ħajja, hekk irridek jiena,

Maż-żifna tal-ħolqien bla heda tiżfen

Sabiex id-dwejjaq tnissi, tnissi s-sogħba

Ta’ min għal dak li għamel qed ibgħati.

 

Ittir minn warda għall-oħra f’dak li tagħmel,

Bil-ħeffa ta’ farfett li qatt ma jaħseb,

Mingħajr rimors, mingħajr tinqis mingħajr kuxxjenza

Mad-diwi tal-ħolqien l-intonatura.

 

Trid tibda bħali temmen li hemm setgħa

Li taħseb fik, li għada  jaħseb f’għada

Trid temmen għax sirt taf li mhemmx għażl’oħra

Għajr dik li tibqa’ tgħix mingħajr indiema

F’dinja ta’ tweġibit konfezzjonati.

 

Alfred Grech

09/08/2026

Comments

Popular posts from this blog