Imqar Jekk Għadda ż-Żmien.
“Alas for this this great shadow once a
man-
So glorious in his beaty and thy choice”
(Tennyson. Tithonus)
Issa tista’ toqgħod tħażżeż b’ subgħak
Il-ħżuż li ebda żmirn ma jħassar
Issa tista tħambaq kemm trid
Għax leħnek mingħajr diwi.
Kont tkebbes żernieq ieħor
Bil-ġamar ta’ xemx ġdida
Li tisreġ kull filgħodu.
Issa x-xemx kubrit,
F’idejk iżżomm l-irmied għabex ieħor
Idejk li bdnew, ħatfu u rebħu.
Iżda filwaqt li tgħib xi ħaġa tibqa’
Mhux telfa iżda xhieda
Ta’ ħuġġieġa li darba kienet tħeġġeġ.
Sirt dell ta’ dawl li dawwal
Il-wileġ,
Maġija li twieldet lilhinn mix-xewqa
Issa taf x’inhu s-sabih
Imqar jekk għada tinsa'.
Alfred Grech
31/08/2026.
Comments
Post a Comment