Għaddieni.
Tiftaħ għad-dawl ta’ filgħodu
Ħalq ċkejken jixrob ix-xemx
Bħalkieku l-għajn qatt mhu ser taqta’.
Sa nofs inhar l-ilwien ilellxu
Tisfida mqar it-trab tal-art.
Iżda mqar in-naħal issa jafu s-sewwa
Li xejn minn lewn id-deheb
Ma hu għal dejjem.
Qabel l-għabex, il-ġnub jiltew
Il-petali tal-karti
U dak li kien sabiħ
Issa ltewa, m’għadux ifuħ.
Alfred Grech
21/08/2026.
Comments
Post a Comment