Tamarisk

 

Niltaqgħu hawn mingħar ma ħadd sejjħilna

Mingħajr ma nafu żgur hawn għal xhiex ġejna

Naħarbu lilna nfusna b’dak li ngħidu,

U hekk iż-żmien għaddej bla ma nintebħu.

 

Niltaqgħu hawn  biex nagħtu sens lill-ħajja

Bħas-sebħ li wasal fuqna għall-għarrieda,

’Mma nafu żgur li f’dal lokal niltaqgħu,

Fil-jum u l-ħin li lkoll aħna issa drajna.

 

Alfred Grech

02/07/2026

Comments

Popular posts from this blog