Għaliex Ma Nistgħax Ngħix
Il-Poeżija.
Għaliex ma nistgħax ngħix
il-poeżija
Intir u nogħla l-fuq minn din
l-għadira?
Ma rridx li nerġa’ ngħix dik
l-illużżjoni
Irrid li mmut, mill-ġdid nerġa’
nirxoxta.
It-torrijiet li bnejna fil-ħolm
tagħna
Issa ġġarfu u jekk għad hemm xi
tama
Li niltaqgħu ikun f’jum
it-tifkira
Biex nerġgħu ngħannu għanja aktar
fonda.
U jekk xi darba għad niltaqgħu
f’ħolma
Arana nerġgħu nibnu torri ieħor.
Għad jiġi żmien li lanqas niġi
nżurek
Għaliex mat-triq in-niżla tibda
tħaffeħ
Jgħidulek: la taħsibx għax
il-ħsieb qirda,
Jgħidulek: għix illum għax illum
tiegħek.
Għalhekk trid terġa’ tirkeb
l-illużżjoni
U terġa’ tibda tgħix il-ħolm
tal-bieraħ.
Int bqajt trid twebbes rasek,
tibqa temmen
F’min lanqas għadu jemmen fih
innifsu.
Alfred Gtrech
23/07/2025.
Comments
Post a Comment