Grazzi Mulej.
Grazzi Mulej li tajtni dawn il-ġwienaħ,
Biex nista’ ntir u ngħola mas-smewwiet,
Nitbiegħed sa ma naqbad l-ogħla sħaba,
Nirxoxta, nerġa’ nqum minn bejn l-imwiet.
Grazzi Mulej li ħriġtni minn ġol-fosdqa
U bħal farfett bdejt nirgħa ġo dal-ġnien,
Minn warda għall-oħra nfittex riħa ġdida
Filwaqt li l-għana jidwi kullimkien.
Alfred Grech
O4/07/2025.
Comments
Post a Comment