Ġurnata.
Imqar mill-ftit
li baqa’
Il-mixja hi
ftit twila
U m’għandiex
biss tkun il-purċissjoni
Inkella tarġa
oħra
F’dat taraġ
wieqaf
Biex ngħidu
rġajna għaddejna.
Din għandha
tkun biss sensazzjoni
Din għandha
tkun biss illużżjoni
Inkella l-emozzjoni
Tal-leħħa
Illi tkebbes
il-ħuġġieġa
Imqar jekk
xħin jinħaraq kollox
Ma jibqa’
xejn għajr l-irmied
Inkella xi
tifkira.
Alfred
Grech
19/07/2025.
Comments
Post a Comment