Trid Tistaqsi.
Trid tistaqsi, dan kollu x’siwi għandu?
Jekk bħad-dell fuq il-ħajt jispiċċa kollox,
Fi nżul ix-xemx il-ħolm mal-lejl jitħallat
B’mistoqsijiet iħabbtu ma bieb moħħok.
Jgħidulek li fil-mixi s-siwi kollu
Imqar lil-ta’ warajk il-ħbiberija
Sieħba f’dal-vjaġġ li wasal biex jispiċċa
U x-xema li tinħela trid iddawwal.
Kull kelma li minn fommok għall-ġid ħarġet
Il-ħolm sabiħ għal min se jiħi wara
U tistaqsix dan kollu x’siwi għandu,
Fil-mistoqsija nfisha hemm tweġiba
.
Irrid insib il-mezz kif nista’ neħles
It-taħsir li bil-mod il-mod qed jaħkem
U ntenni bħal min tenna għal kemm il-darba
Jekk jista’ jkun neħħili dn il-kalċi
Alfred Grech
06/07/2025
Comments
Post a Comment