TIĠIX.

 

Tiġix tgħidli ’l-għaliex m’għandix inħossni

Imdejjaq qisni nogħdos qed taħt l-ima,

Jew li tista’ int bi kliemek ittaffili,

l-uġigħ li nħoss u d-dmugħ mingħajr naf ’l-għala.

 

Tgħidlix għaliex m’għandix inħossnui mwarrab

Filwaqt li d-dellijiet imdendla jħarsu,

Għassiesa tal-magħmul u l-malawgurju

Għax fid-dlam biss insib is-serħan tiegħi.

 

Tistenninix nitbissem għax ġejt ħdejja,

Inkella ngħatti x-xquq li s-sewwa jikxef,

Ir-ruħ tisfida trid il-maltempati

U n-niċeċ illi d-dinja tqiegħdha fihom.

 

Għalhekk, ħallini nimraħ ftit fil- wisa’

Għax il-fejqan fil-wied tal-mewt imdallam,

U xħin inqum issibni bniedem ieħor

Infaħħar il-widien u t-twerwir tagħhom.

 

Alfred Grech

31/07/2025

Comments

Popular posts from this blog