
Għad Jiġi
Żmien.
Għad jiġi żmien li nerġa’ nibda’ nkellmek
U nerġa’ nerħi ruħi mal-buffuri,
Mal-ogħlaa qċaċet nerġa’ nibda’ nitla’
U nħares l-isfel qisu xejn ma ġara.
U nerġa’ nħaddan lilek li kont ħolma,
U nerġa’ niftaħ beraħ is-sipari,
Biex nibda nemmen, iva li hemm xefaq
Lilhinn mill-ingranaġġ ta’ dil-ġurnata.
Alfred Grech.
10/07/2025
Comments
Post a Comment